ghaqda gurnalisti sports

4 08, 2017

Il-Ministru għal Għawdex f’laqgħa mal-Għaqda Ġurnalisti Sports

By |August 4th, 2017|0 Comments

F’laqgħa li saret fil-Ministeru għal Għawdex, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ltaqgħet mal-eżekuttiv il-ġdid li għadu kif ġie elett tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Il-Ministru Caruana bdiet l-indirizz tagħha billi ferħet lill-President il-ġdid tal-Għaqda Sandro Micallef, li ġie maħtur bħala r-raba’ President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports wara li Charles Camenzuli ħalla dan il-post li kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar erbatax-il sena, dan wara li ġie elett President tal-AIPS Europe u Viċi President tal-AIPS. Fost it-temi diskussi waqt din iż-żjara kien hemm dik li Għawdex jiġi rreklamat bħala destinazzjoni turistika sportiva, kemm għall-assoċjazzjonijiet lokali kif ukoll dawk internazjonali. Hawnhekk il-Ministru Caruana enfasizzat l-impenn assolut tal-Ministeru għal Għawdex sabiex Għawdex ikun irreklamat fuq sfera internazzjonali sabiex din in-niċċa, li għandha potenzjal li tiżviluppa, tkompli tespandi. […]

4 06, 2014

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiltaqa’ mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius

By |June 4th, 2014|0 Comments

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għamel żjara ta’ kortesija lis-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni, Riċerka u Sport l-Onor Chris Agius għall-ewwel darba sa minn mindu s-Sur Agius ingħata din il-kariga f’din il-legislatura. Id-delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sports immexxija mill-President Charles Camenzuli, ħadet l-opportunita’ li tispjega l-funzjoni tagħha fi ħdan il-ġurnalisti u reporters lokali li jsegwu l-iSport Malti. […]

Go to Top