DECEASED SPORTS JOURNALISTS – MALTA since 1970

  • Abela Carmelo 
  • Anastasi Joseph (9/10/2019)
  • Arrigo Azzopardi Lino (27/12/2016)
  • Barry Lawrence
  • Bonello Simon A. (3/9/2018)
  • Borg Teddy (18/6/2014)
  • Bugeja Twanny (18/9/2014)
  • Buhagiar Anthony (27/11/2009)
  • Cachia Lino (13/11/2006)
  • Calleja Henry (7/12/2018)
  • Camilleri Frank (5/7/1975)
  • Casha Alex (26/8/2020)
  • Cassar Charles
  • Castagna Antonio (June 2000)
  • Cauchi Colin (10/4/2012)
  • Costa Carmelo (11/11/1986)
  • Debattista John (29/11/1997)
  • Decesare Robert 
  • Farrugia Paul (2/5/2015)
  • Fava Charles (21 or 22/2/2009)
  • Gafa’ Paul
  • Ghio Frank (20/5/1983)
  • Griffiths Joe (9/3/1986)
  • Hedley Tom (30/12/1980)
  • Leaver Arthur (5/10/2003)
  • Mizzi Oliver (26/2/2019)
  • Mock Charles (2/6/2022)
  • Pace Benny (24/2/2010)
  • Portelli Lewis (7/9/2006)
  • Rossignaud Norman (13/4/2013)
  • Sacco Remig (31/12/2004)
  • Spiteri Joe (30/10/2011)
  • Vella Alex (25/7/2017)
  • Zammit Joseph (28/3/2019)
  • Zammit Cutajar Paul (16/5/2023)

JOHN DEBATTISTA

Id-29 ta’ Novembru 2017 jaħbat l-20 anniversarju mill-mewt ta’ wieħed mill-uffiċjali ewlenin tal-Għaqda Kittieba Sports – JOHN DEBATTISTA. Huwa miet fi Praga fir-Repubblika Ċeka fejn kien qed jgħamel parti minn delegazzjoni Maltija tal-Bar Tenders Guild fejn l-għan tiegħu kien li jwaqqaf l-Assoċjazzjoni li tiġbor fiha l-Assoċjazzjonijiet tal-Isport ta’ Lukandi u Ristoranti fl-Ewropa. Il-funeral tiegħu kien sar fl-4 ta’ Dicembru 1997 fil-Knisja Parrokkjali tas-Siggiewi.

Imwieled fis-27 ta’ Marzu 1943 – John Debattista kien wieħed mill-ewwel korrispondenti tal-waterpolo mill-1974-75 għal ġurnal ‘In-Tagħna ‘ u ‘Il-Mument’ filwaqt li mill-1977-78 beda wkoll jirraporta partiti tal-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni. Mit-28 ta’ Settembru 1991 meta fetaħ Radio 101 kien wieħed mill-korrispondenti ewlenin l-aktar għal partiti marbuta mal-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni u l-aħħar partita li kien irraporta kien fis-16 ta’ Novbembru 1997 meta dakinhar Siggiewi għelbu lil Marsa 5 – 0 .

Ironikament dik kienet l-ewwel rebħa tal-istaġun għal Siggiewi , it-tim li tiegħu John Debattista mhux biss kien plejer fis-snin 60 iżda wkoll Segretarju Generali u President għal aktar minn għoxrin sena u kien hu li waqqaf wkoll in-Nursery tal-football ta’ Siggiewi FC. Kien wkoll għal bosta snin viċi President ta’ Kirkop United FC.  Fl-istess waqt fl-1975 kien wieħed mill-membri fundaturi u aktar tard Segretarju bejn 1975 – 1985 u President 1985 – 1993  ta’ Siggiewi Basketball Club.

Il-kontribut ta’ John Debattista għall isport kien wieħed vast, membru fl-Eżekuttiv taċ-Centru Sport Edukattiv ta’ Fr.Hilary fejn bejn l-1981 u l-1985 mexxa l-kontinġenti fit-Tournaments internazzjonali Angelo Baiardo li dak iż-żmien kienu l-uniku impenn internazzjonali għal plejers żgħażagħ.

Fl-amministrazzjoni tal-ġurnaliżmu sportiv John Debattista jibqa’ mfakkar għas-snin li għamel bħala Teżorier tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali mill-1978 sa meta miet kif wkoll għal fatt li mill-1975 sal-1997 għamel parti mill-Kumitat Ezekuttiv tal-Għaqda Kittieba Sports kemm bħala Membru kif wkoll għal ħmistax il-sena Teżorier tal-istess Għaqda Kittieba Sports.

Debattista attenda l-Kungressi tal-AIPS f’ Baden Baden (1980), Ateni (1982), Barcelona (1986), Gotheburg (1989), Toronto (1990),Nicosia (1991), Budapest (1982), Istanbul (1993), Manchester (1994),Quebec (1995)Kuala Lumpur (1996), Oviedo (1997)

Għamel żmien bħala membru elett  fl-1994 u Viċi Sindku fil-Kunsill Lokali tas-Siggiewi u fl-1996 inħatar membru fil-Kunsill Malti għall-Isport.

______________________________________________________________________