SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali Rules & Regulations – Regolamenti

By |2018-12-27T12:42:54+02:00November 22nd, 2018|Regulations - Regolamenti|0 Comments

Kumitat Organizattiv: SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali huma mmexxija minn Kumitat Organizattiv magħmul minn: Chairman, 3 membri mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, 3 membri minn SportMalta u rappreżentant mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Isport. Il-Kumitat Organizattiv jinħatar għal organizazzjoni ta Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali għal perjodu li jkopri l-organizazzjoni u xoljiment tal-edizzjoni li għalija jkun iħatar. Kategoriji: SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali jinkorporaw is-segwenti unuri: L-Isportiv tas-Sena L-Isportiva tas-Sena It-Tim tas-Sena L-Uffiċjal / Amminisratur tas-Sena Il-Kowċ tas-Sena L-Atleta Żagħżugħ tas-Sena – U17 L-Atleta Żagħżugħa tas-Sena – U17 Rikonoxximent : L-Avveniment tas-Sena Rikonoxximent : Atleti bi bżonnijiet speċjali People's Choice Award Għal kartegoriji mill- 1 sas-7 jikkwalifikaw dawk illi matul is-sena ta’ sport : mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena partikolari jkunu kisbu riżultati pożittivi fl-isport rispettiv tagħhom fuq livell internazzjonali u / jew riżultat notevoli fuq livell nazzjonali. Riżultati f’kompetizzjonijiet internazzjonali jitkejjlu fuq riżultati miksuba f’dik is-sena ta’ [...]