L- Għażliet Sportivi Nazzjonali – bejn storja u żvilupp

By |2019-02-21T09:34:05+02:00December 18th, 2018|All winners over the years - Ir-rebbieħa kollha tul is-snin, Uncategorized|0 Comments

Kitba ta' Charles Camenzuli charles.camenzuli@gmail.com Wara li fid-19 ta’ Diċembru 1970 saret l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Għaqda Kittieba Sports bl-ewwel Kumitat Eżekuttiv ikun magħmul minn Fr.Hilary Tagliaferro (President), Lewis Portelli (vici-President), Joe Cutajar (Segretarju Ġenerali), Mario Meli (Assistant Segretarju Ġenerali) , Antonio Castagna (Teżorier) u Tommy Farrell (Membru) beda’ x-xogħol biex l-Għaqda Kittieba Sports l-istess bħalma jsir fi ħdan l-għaqdiet tal-ġurnalisti affiljati mal-Association Internationale de la Presse Sportive (AIPS) tibda hi wkoll torganizza l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ta’ pajjiżna. Ftit ġimgħat wara ġie ppreżentat uffiċjalment it-trofew artistiku tal-Isportiv tas-Sena xogħol tal-artist Malti Kav.Emvin Cremona. Waqt serata ta’ votazzjoni mxandra fuq l-istazzjon tal-istat MTV fit-8 ta’Jannar 1971 il-ġurnalisti membri għazlu bħala l-ewwel rebbieħ ta’ dan it-trofew lil John Ripard (Royal Malta Yacht Club) frisk mis-suċċess li kien kiseb fil-MiddleSea Race bil-yacht ‘Tikka’. Kritiċi tal-arti jqisu dan it-trofew bħala xogħol mill-aktar artistiku ta’ Cremona fejn b’mod allegoriku huwa ħoloq kemm l-atleta b’sidru ‘l quddiem għas-suċċess, il-qlugħ għal kontra l-maltemp kif wkoll il-pinna li tissimbolizza l-ġurnalist u [...]