Il-Kumitat Ezekuttiv tal-Ghaqda Gurnalisti Sports permezz ta’ din l-Istqarrija jixtieq juri s-soghba tieghu u jaghti l-kondoljanzi lil familja Rossignaud wara li thabbret il-mewt tas-Sur Norman Rossignaud li ghadda ghall-hajja ta’ dejjem fit-13 ta’ April 2013.

Norman Rossignaud apparti li kien l-iktar maghruf ghall-involviment tieghu fl-MUBE bhala direttur tal-Bank of Valletta kien ukoll fil-passat gurnalist u reporter tal-Isport u membru tal-Ghaqda Gurnalisti Sports.

Is-Sur Rosignaud kien ukoll fil-passat involut fl-Isports and Social Club tal-Bank of Valletta u meta kien jipprattika l-gurnalizmu kien ta’ ezempju ghall-gurnalisti u reporters ta’ dik l-era.

Is-Sur Rosignaud miet fl-eta’ ta’ 68 sena.