Logo
‌
‌

Tinfetaħ il-votazzjoni għall-People’s Choice Award tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali 2026

Stqarrija għall-Istampa

Is-Sibt 24 ta' Jannar, 2026


Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport bi pjaċir iħabbar li l-votazzjoni tal-pubbliku għall-kategorija tal-People’s Choice Award fis-66 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali hija miftuħa.

Il-pubbliku ġenerali għandu ftit aktar minn xahar sas-Sibt it-28 ta' Frar 2026 f’nofsinhar sabiex jivvota.

Għal darb’oħra, dan l-unur se jkun ibbażat 100% fuq votazzjoni bl-SMS fuq in-numri li huma abbinati mal-għaxar (10) finalisti skont il-lista hawn taħt:

Finalisti People's Choice Award 2026 (Perjodu 1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2025)

Neil Agius (Open Water Swimming) – 5061 5031

Justin John Camilleri (Para Rowing) – 5061 5032

Julia Galea (Ġinnastika Artistika) – 5061 5033

Matthew Galea Soler (Atletika) – 5061 5034

Jake Gomez Blanco (Kick Boxing) – 5061 5035

Rodney Gatt (Horse Racing) – 5061 5036

Jacob Micallef (Motorsport) – 5061 5037

Michelle Mifsud (Triathlon) – 5061 5038

Tenishia Thornton (Weightlifting) – 5061 5039

Team Gozo Dream (Ibburdjar) – 5061 5040

Il-pubbliku jista’ jivvota kemm-il darba jrid bla ebda limitu, b’kull SMS jiswa` €0.58 ċenteżmu inkluż il-VAT.

Is-serata finali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt it-28 ta' Frar 2026 fil-Lukanda Intercontinental f’San Ġiljan, u se tiġi trasmessa LIVE fuq TVMSport+ kif ukoll fuq il-mezzi soċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sport.

Ir-regolamenti aġġornati tal-66 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali jinsabu f’dan il-link:https://www.maltasportsjournalists.com/ghazliet-sportivi-nazzjonali-rules-regulations-regolamenti/

Banner
‌
‌
‌

Follow us

Make sure you don't miss out our latest news and activities.


‌

If you have a story that you think might interest a broader sports journalism readership, do post a link with @MSJA.

We always welcome articles and tip-offs from our members about the latest developments on their patch.

For further information contact Christopher Lawrence Francalanza, MSJA Administrator by sending an email to info@maltasportsjournalists.com.

You have received this email because you have subscribed to Malta Sports Journalists Association as . If you no longer wish to receive emails please unsubscribe
webversion - unsubscribe - update profile
Għaqda Ġurnalisti Sports Office 61 Tal-Qroqq Sports Complex Triq Maria Teresa Spinelli Gzira. GZR 1712.
© 2026 Malta Sports Journalists Association, VO 1674. Affiliated with SportMalta. Member with AIPS.
‌
‌