Logo
‌
‌

L-Għaqda Ġurnalisti Sports issellem lil Paul Zammit Cutajar fotografu sportiv

L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Zammit Cutajar hekk kif dalgħodu tħabbret il-mewt ta' Paul Zammit Cutajar, fotografu professjonali li għal diversi snin ħadem fis-settur tal-isport lokali u anke internazzjonali.

Zammit Cutajar ġej minn familja sportiva, fejn missieru Francis Xavier Zammit li kien atleta, f’Wembley Stadium kien ġarr il-bandiera ta' Malta fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Olimpjadi ta’ Londra fl-1948, quddiem l-uniku atleta Nesto Jacono.

Paul Zammit Cutajar għamel diversi snin membru tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u ta kontribut vast lill-isport lokali bil-fotografija avantgarde tiegħu.

Paul Zammit Cutajar fl-2014 kien ingħata l-unur tat-Trofew Sport u Arti tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

Għal bosta snin fotografu uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti. Beda bħala fotografu tal-isport fl-2007 bil-partita Malta – Turkija f’Ta’ Qali. Minn hemm fl-2010 kien preżenti fil-Youth Olympic Games f’Singapore, l-Olimpijadi ta’ Londra fl-2012, kif wkoll il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussemburgu fl-2013 u fl-2014 fil-Logħob tal-Commonwealth fi Glasgow.

Bejn l-2009 u 2014 kien fotografu uffiċjali fil-Kampjonati tal-Għawm FINA u fit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby fl-2011.

Fl-2013 u 2015 rebaħ il-Kategorija għal fotografija tal-isport fil-Malta Journalism Awards.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tingħaqad mal-komunità sportiva u mill-ġdid tibgħat il-kondoljanzi lill-familja kollha.

Paul Zammit Cutajar
‌
‌
‌

Follow us

Make sure you don't miss out our latest news and activities.


‌

If you have a story that you think might interest a broader sports journalism readership, do post a link with @MSJA.

We always welcome articles and tip-offs from our members about the latest developments on their patch.

For further information contact Stephen Azzopardi, MSJA Administrator by sending an email to info@maltasportsjournalists.com.

You have received this email because you have subscribed to Malta Sports Journalists Association as . If you no longer wish to receive emails please unsubscribe
webversion - unsubscribe - update profile
Għaqda Ġurnalisti Sports Office 61 Tal-Qroqq Sports Complex Triq Maria Teresa Spinelli Gzira. GZR 1712.
© 2025 Malta Sports Journalists Association, VO 1674. Affiliated with SportMalta. Member with AIPS.
‌
‌