Logo
‌
‌

Il-Ħadd jitħabbru s-semifinalisti tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali

Hekk kif jonqos ftit iktar minn xahar għas-serata finali tal-edizzjoni ta' din is-sena tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jinforma li s-semi finalisti li għamluha fil-lista tal-aħħar għaxra f'kull kategorija se jkunu qed jitħabbru nhar il-Ħadd fuq TVMsport+ waqt il-programm SportLive+.

Il-Kategoriji li se jitħabbru s-semi finalisti fihom huma dawn:
L-Isportiv tas-Sena
L-Isportiva tas-Sena
It-Tim tas-Sena
L-Uffiċjal / Amministratur tas-Sena
Il-Kowċ tas-Sena
L-Atleta Żagħżugħ tas-Sena - U17
L-Atleta Żagħżugħa tas-Sena - U17
People's Choice Award

Ma' dawn il-kategoriji hemm kategoriji li l-proċess tal-għażla tagħhom hija differenti. Dawn il-kategoriji l-oħra huma dawn:

Rikonoxximent : L-Avveniment Internazzjonali tas-Sena organizzat f'Malta
Rikonoxximent : Atleti b'Abbiltajiet Differenti Special Olympics Mara
Rikonoxximent : Atleti b'Abbiltajiet Differenti Special Olympics Raġel
'Sport for Social Change Award'

It-tħabbira tal-għaxar semi finalisti fis-seba' kategoriji tradizzjonali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir mill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef fis-18:00hrs fuq TVMsport+ li huwa aċessibli fuq Channel 110 fuq is-servizz tal-Melita u Channel 107 fuq is-servizz tal-GO.

Save the Date Facebook
‌
‌
‌

Follow us

Make sure you don't miss out our latest news and activities.


‌

If you have a story that you think might interest a broader sports journalism readership, do post a link with @MSJA.

We always welcome articles and tip-offs from our members about the latest developments on their patch.

For further information contact Stephen Azzopardi, MSJA Administrator by sending an email to info@maltasportsjournalists.com.

You have received this email because you have subscribed to Malta Sports Journalists Association as . If you no longer wish to receive emails please unsubscribe
webversion - unsubscribe - update profile
Għaqda Ġurnalisti Sports Office 61 Tal-Qroqq Sports Complex Triq Maria Teresa Spinelli Gzira. GZR 1712.
© 2025 Malta Sports Journalists Association, VO 1674. Affiliated with SportMalta. Member with AIPS.
‌
‌