Logo
‌
‌
Ghazliet Sportivi Nazzjonali 2024

Għada ssir l-64 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali

Ninsabu ftit sigħat biss 'il bogħod mill-edizzjoni ta' din is-sena tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali organizzati mill-Għaqda Ġurnalisti Sport. Fil-fatt, għada s-Sibt se ssir l-64 edizzjoni li se tkun qed tixxandar diretta fuq TVMSport+ mit-tmienja ta' filgħaxija 'il quddiem.

Għal din is-sena se jingħataw b'kollox 12 -il unur li huma:

Sportiv tas-Sena
Sportiva tas-Sena
Żagħżugħ tas-Sena
Żagħżugħa tas-Sena
Uffiċjal tas-Sena
Kowċ tas-Sena
Tim tas-Sena
People’s Choice Award li din is-sena huwa b'100% sms voting li jagħlaq għada s-Sibt f'nofsinhar
Avveniment Internazzjonali tas-Sena li seħħ f'Malta u żewġ rikonoxximent lill-Atleti ta’ Special Olympics
Sport for Social Change Award, li huwa unur ġdid li beda jingħata minn din l-edizzjoni

Fis-serata mistennija jiddaħħlu żewġ membri ġodda fil-Hall of Fame tal-Għaqda Ġurnalisti Sport, lil żewġ ġurnalisti sportivi li taw kontribut kbir tul is-snin.

Is-serata tibda permezz ta' xandira diretta mid-Dragonara Point Ballroom tal-Lukanda Westin Dragonara b'intervisti mir-Red Carpet immexxija minn Chris Falzon u Lorraine Cunningham.

Il-preżentazzjoni minn fuq l-istage prinċipali se ssir minn Clinton Buhagiar u Janice Briffa.

L-Għażliet Sportivi Nazzjonali għal din is-sena huma appoġjati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Il-Kumitat Eżekuttiv jirringrazzja wkoll lill Bank of Valletta, Enemed, Atlas Insurance, IZIBET, Responsible Gaming Foundation, l-Ambaxxata Franċiża f'Malta, VisitMalta u l-Public Broadcasting Services.

7-10

Għażliet Sportivi Nazzjonali - 64th edition set for tomorrow

The excitement is palpable as we gear up for the 64th edition of the Għażliet Sportivi Nazzjonali organised by the Malta Sports Journalists Association. This highly anticipated event will be broadcast live tomorrow on TVMSport+ as of 20:00 hrs.

The following 12 awards for this edition are:

Sportsman of the Year
Sportswoman of the Year
Youth Man Athlete of the Year

Youth Woman Athlete of the Year
Official of the Year
Coach of the Year
Team of the Year
People’s Choice Award which this year is 100% sms voting and ends on Saturday 2nd March at noon
The International Event held in Malta and two recognitions to Special Olympics Athletes (Man and Woman)
Sport for Social Change Award, which is introduced this year

The awards ceremony will include two new members in the Malts Sports Journalists Association's Hall of Fame to two sports journalists for their sterling contribution throughout the years.

The live transmission from the Dragonara Point Ballroom at The Westin Dragonara Resort starts with interviews on the Red Carpet anchored by Chris Falzon and Lorraine Cunningham.

The main presenters on stage will be Clinton Buhagiar and Janice Briffa.

This year's Għażliet Sportivi Nazzjonali are supported by the Ministry for Education, Sport, Youths, Research and Innovation.

The Executive Committee would also like to thank Bank of Valletta, Enemed, Atlas Insurance, IZIBET, Responsible Gaming Foundation, French Embassy for Malta, VisitMalta and the Public Broadcasting Services.

‌
‌
‌

Follow us

Make sure you don't miss out our latest news and activities.


‌

If you have a story that you think might interest a broader sports journalism readership, do post a link with @MSJA.

We always welcome articles and tip-offs from our members about the latest developments on their patch.

For further information contact Stephen Azzopardi, MSJA Administrator by sending an email to info@maltasportsjournalists.com.

You have received this email because you have subscribed to Malta Sports Journalists Association as . If you no longer wish to receive emails please unsubscribe
webversion - unsubscribe - update profile
Għaqda Ġurnalisti Sports Office 61 Tal-Qroqq Sports Complex Triq Maria Teresa Spinelli Gzira. GZR 1712.
© 2025 Malta Sports Journalists Association, VO 1674. Affiliated with SportMalta. Member with AIPS.
‌
‌