Logo
‌
‌
Banner (1)
‌

French Paralympic medalist Esteban Herrault revealed as the international guest of Għażliet Sportivi Nazzjonali

The Malta Sports Journalists Association (MSJA) reveals French paralympian table tennis athlete, Esteban Herrault, as the international guest for tomorrow’s 65th edition of the Għażliet Sportivi Nazzjonali.

Esteban Herrault, born on 18th September 1993, in Le Mans, France, has made significant strides in para table tennis. Partnering with Clément Berthier, he secured a bronze medal in the men's doubles MD14 event at the 2024 Summer Paralympics in Paris. The duo also clinched the European Championship title in the same category in 2023.

During his visit, which was made possible thanks to the good relationship between the MSJA and the French Embassy in Malta, Mr. Herrault will be also meeting Professor Joseph Grima, President of the Malta Paralympic Committee. This engagement underscores MSJA’s efforts in promoting inclusivity in sports.

The 65th edition of the Għażliet Sportivi Nazzjonali will celebrate Malta's top sporting talents, and Mr. Herrault's presence adds an international dimension to this prestigious event. His achievements serve as an inspiration to athletes worldwide, exemplifying dedication and resilience.

‌
IMG-20250225-WA0006
IMG-20250225-WA0008
‌

Il-Paralimpiku Franċiż rebbieħ ta’ midalja tal-bronz Esteban Herrault se jkun il-mistieden internazzjonali għall-Għażliet Sportivi Nazzjonali

L-Għaqda Ġurnalisti Sport (GħĠS) bi pjaċir tħabbar li l-atleta paralimpiku l-Franċiż Esteban Herrault se jkun il-mistieden internazzjonali għall-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jsiru għada.

Esteban Herrault, imwieled fit-18 ta’ Settembru tal-1993, f’Le Mans, fi Franza, flimkien ma’ Clément Berthier, kiseb midalja tal-bronż fl-avveniment tad-doubles tal-irġiel MD14 tat-table tennis fil-Logħob Paralimpiku tas-Sajf tal-2024 f’Pariġi. Id-duo rebaħ ukoll it-titlu tal-Kampjonat Ewropew fl-istess kategorija fl-2023.

Matul iż-żjara tiegħu, li saret possibbli grazzi għar-relazzjoni tajba li l-GħĠS għandha mal-Ambaxxata Franċiża f’Malta, Herrault se jiltaqa’ wkoll mal-Professur Joseph Grima, President tal-Kumitat Paralimpiku Malti. Biż-żjara ta’ Esteban Herrault f’Malta, l-GħĠS tkompli timpenja ruħha sabiex tippromwovi l-inklużjoni fl-isport.

Il-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali se tiċċelebra l-aqwa talent sportiv f’ Malta u bil-preżenza ta’ Esteban Herrault se tingħata dimensjoni internazzjonali lil dan l-avveniment prestiġjuż. Żgur li l-kisbiet, id-dedikazzjoni u r-reżiljenza ta’ Herrault iservu ta’ ispirazzjoni għall-isportivi kollha.

‌
‌
‌

Follow us

Make sure you don't miss out our latest news and activities.

‌
Għaqda Ġurnalisti Sports Office 61 Tal-Qroqq Sports Complex Triq Maria Teresa Spinelli Gzira. GZR 1712.
© 2025 Malta Sports Journalists Association, VO 1674. Affiliated with SportMalta. Member with AIPS.
‌
‌