15 01, 2014

Jitħabbru fl-Finalisti tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |January 15th, 2014|0 Comments

Il-Ħamis mistennija jitħabbru l-finalisti tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali 2013 liema premjazzjoni se ssir f'serata apposta il-Ġimgħa 31 ta' Jannar 2014 fil-Lukanda Le Meridien. Il-finalisti li se jitħabbru huma ħamsa fil-ħames kategorija tradizzjonali, iżda se jkun hemm sitt finalisti fil-kategorija tal-Uffiċjal tas-Sena. Iktar dettalji u l-lista kollha tal-Finalisti għada fuq dan is-sit. Il-Finalisti se jitħabbru waqt Konferenza Stampa li se ssir il-Ħamis f'Nofsinhar.

27 12, 2013

It-Timijiet tal-MFCA u tal-MFA jirbħu t-tournament ta’ Boxing Day

By |December 27th, 2013|0 Comments

It-Tournament tal-football tradizzjonali ta’ Boxing Day organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports din is-sena ntrebaħ minn żewġ timijiet: l-MFCA u l-MFA, dan wara li ż-żewġ timijiet spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti fi tmiem dan it-Tournament bejn erba’ timijiet. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja ta’ dan it-Tournament li ilu jsir mis-snin 80′ li żewġ timijiet spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti. […]

3 08, 2013

By |August 3rd, 2013|0 Comments

Messaġġ mis-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ġurnalisti tal-Isport – 2 ta’ Lulju 2013. Kollegi, Huwa ta’ sodisfazzjoni għall-Ghaqda Gurnalisti Sports illi bħala l-għaqda nazzjonali li tħares id-drittijiet u l-ħarsien ta’ faċilitajiet fost l-oħrajn għall-ġurnalisti membri, bħala l-unika għaqda tal-ġurnalisti f’Malta msiehba u rikonoxxuta mill-AIPS tingħaqad ma’ 148 pajjiz fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ddedikat għalina li naħdmu fix-xena tal-ġurnaliżmu u r-rappurtaġġ sportiv. Bl-introduzzjoni f’dawn l-aħħar snin tas-Social Media ħafna jħossuhom li spiċċalhom l-entużjażmu li jiktbu jew ixandru storja esklussiva għaliex tkun ħarġet fuq xi sit elettroniku. Dan il-fatt m’għandux jaqta’ qalb il-ġurnalisti u wisq iktar m’għandux ixekkel jew inaqqas minn kwalinkwa inizjattiva simili. […]

Title

Go to Top