Top News

/Top News
28 01, 2020

Launch of the 60th Edition of SportMalta Awards – L-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |2020-01-29T15:05:50+02:00January 28th, 2020|Articles, Carousel News, Home Page, News, Scroller News, Sport Malta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali, Top News|0 Comments

Clifton Grima admits that there is a growing need of putting sport as an integral part of our education system if we are to inject a sporting culture in Malta. The Parliamentary Secretary for Youth and Sport was speaking during the launch of the SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali which this year are celebrating 60 years from their foundation. Dr Grima said that before we start talking about changing the mindset of how we look at sport in Malta, it is imperative that we change the way how things are being done. “Before we can start talking about how we can put sport as the central cog of our children’s lives we need to make a number of changes to how things are being run. I believe that we need to challenge our current education system. “Unless sport is established as an integral part of our national curriculum there is [...]

24 01, 2020

Imnedija s-60 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |2020-01-24T16:49:47+02:00January 24th, 2020|Carousel News, Home Page, News, Sport Malta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali, Top News|0 Comments

Fit-22 ta’ Frar SportMalta flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports se jorganizzaw is-60 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun waħda speċjali għaliex hija s-60 edizzjoni mill-ewwel edizzjoni li kienet imnedija mill-mibki ġurnalist tal-isport Benny Pace. Is-Segretarju Parlamentari Għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima qal li permezz ta’ dan l-avveniment annwali ikunu jistgħu jiġu apprezzati s-suċċessi miksuba matul is-sena. Huwa saħaq li l-investiment li qed jagħmel il-gvern fl-isport qed iħalli l-frott tiegħu. “Dan huwa gvern li sena wara sena dejjem qed jagħti iktar fondi mhux biss lill-Kumitat Olimpiku Malti iżda anke assistenzi permezz ta’ SportMalta f’diversi skemi tagħha. Il-gvern jinsab kommess li anke għas-snin li ġejjin ser ikompli jinvesti fl-isport u mhux biss ser inkomplu intejjbu il-faċilitajiet sportivi, iżda li naraw li l-istrateġija Nazzjonali għall-Isport tkun implementata bl-aħjar mod possibli,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Grima. Il-Kap Eżekuttiv ta` SportMalta Mark Cutajar qal li huwa ta` pjaċir għall-entita’ li [...]

6 01, 2020

SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali: 60 sena ta’ storja u impenn lejn l-isport Malti

By |2020-01-06T08:20:41+02:00January 6th, 2020|Carousel News, Home Page, News, Scroller News, Sport Malta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali, Top News|0 Comments

Fit-22 ta’ Frar SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports se jkunu qed jorganizzaw flimkien edizzjoni oħra tal-Isportivi Nazzjonali. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun waħda speċjali hekk kif se tkun is-60 edizzjoni mill-ewwel edizzjoni imnhedija mill-mibki ġurnalist tal-isport Benny Pace li kien organizza fuq bażi individwali  permezz tal-ġurnal The Sporting Star bl-ewwel edizzjoni tal-Isportiv tas-Sena tkun  dik tal-1960. Dakinhar ir-rebbieħ kien Wilfred Pirotta li kien jipprattika l-isport tal-ispearfishing (sajd taħt wiċċ il-baħar bin-nifs). Benny Pace baqa’ jorganizza b’suċċess dan il-konkors li kellu format ferm differenti min kif nafuh illum sal-edizzjoni tal-1977 fejn fl-aħħar seba’ snin bejn l-1970 u l-1977 kienu jsiru żewġ għażliet fi żmien ġimgħa. Dan seħħ wara li fl-1970 saret l-ewwel edizzjoni tal-Għaqda Kittieba Sports. Fl-ewwel erba’ edizzjonijiet (1960,1961, 1962 u 1963) Pace kien jippremja biss lill-Isportiv tas-sena u kien biss fil-ħames edizzjoni tal-1964 li introduċa l-unur tal-iSportiva tas-sena dakinhar mirbuħ minn Joan Galea Naudi li kienet ġejja mid-dixxiplina [...]

11 01, 2018

Imniedi logo ġdid għall-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |2018-01-17T18:29:40+02:00January 11th, 2018|Carousel News, Home Page, News, Scroller News, Sport Malta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali, Top News|0 Comments

Meta fadal ftit iktar minn xahar għall-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, li hu l-akbar avveniment annwali organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma' Sport Malta, ġie imniedi logo ġdid. Dan il-logo li huwa ddisinjat fuq dak tradizzjonali, ingħata dehra ġdida mid-disinjatur Samuel Agius Livori. Fih hemm il-kulur aħmar li hu sinonimu ma' Sport Malta, id-disinn dinamiku li jirrapreżenta l-attività sportiva u l-pinna tal-ġurnalist li jwassal lill-pubbliku l-avvenimenti sportivi nazzjonali. Għal din is-sena is-serata tal-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, se tittella' nhar is-Sibt 17 ta' Frar fis-Sala tal-Konferenzi, f'Dar il-Mediterrann, fil-Belt Valletta u tibda għall-ħabta tad-8:45 ta' filgħaxija. Serata ta' madwar sagħtejn li se tkun imxandra b'mod dirett fuq l-istazzjon TVM2.