Mill-preżentazzjoni uffiċjali ta’ ‘ Together Gaming Solutions Fair Play Award ’, il-Malta Fair Play Movement b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Ġurnalistri Sports ser tkun responsabbli mill-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet b’rabta mal-kunċett ta’ Fair Play ‘ li jkunu għaddew minnu assoċjazzjonijiet, uffiċjali tal-isport u/ jew atleti matul il-perijodu Jannar – Marzu 2021.

Il-Malta Fair Play Movement tikkonsidra wkoll sitwazzjonijiet ta’ Fair Play imressqa mill-pubbliku fejn dettalji tal-avveniment / kompetizzjoni flimkien ma tagħrif dwar l-atleti, timijiet jew uffiċjali involuti għandhom jingħataw.

Ir-rikonoxximent għal ‘Fair Play’ huwa intiż għal dawk fil-qasam tal-isport kemm fuq livell individwali jew bħala tim għal mod atruwistiku f’kompetizzjoni/ijiet uffiċjali jew le.

Dettalji ta’ nominazzjonijiet għandhom jintbgħatu permezz ta’ email info@maltasportsjournalists.com jew charles.camenzuli@gmail.com – mhux aktar tard mill-10 ta’ Mejju 2021.