Kumitat Organizattiv:

SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali huma mmexxija minn Kumitat Organizattiv magħmul minn:

Chairman, 3 membri mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, 3 membri minn SportMalta u rappreżentant mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Isport.

Il-Kumitat Organizattiv jinħatar għal organizazzjoni ta Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali għal perjodu li jkopri l-organizazzjoni u xoljiment tal-edizzjoni li għalija jkun iħatar.

Kategoriji:

SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali jinkorporaw is-segwenti unuri:

  • L-Isportiv tas-Sena
  • L-Isportiva tas-Sena
  • It-Tim tas-Sena
  • L-Uffiċjal / Amminisratur tas-Sena
  • Il-Kowċ tas-Sena
  • L-Atleta Żagħżugħ tas-Sena – U17
  • L-Atleta Żagħżugħa tas-Sena – U17
  • Rikonoxximent : L-Avveniment tas-Sena
  • Rikonoxximent : Atleti bi bżonnijiet speċjali
  • People’s Choice Award

Għal kartegoriji mill- 1 sas-7 jikkwalifikaw dawk illi matul is-sena ta’ sport : mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena partikolari jkunu kisbu riżultati pożittivi fl-isport rispettiv tagħhom fuq livell internazzjonali u / jew riżultat notevoli fuq livell nazzjonali.

Riżultati f’kompetizzjonijiet internazzjonali jitkejjlu fuq riżultati miksuba f’dik is-sena ta’ sport fuq is-segwenti :

  • Logħob Olimpiku / Sajf / Xitwa / Żgħażagħ
  • Kampjonati tad-Dinja
  • Kampjonati tal-Ewropa
  • Logħob tal-Commonwealth / Żgħażaġħ
  • Logħob tal-Meditterran / Beach Games
  • Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar
  • Logħob ieħor internazzjonali li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kumitat Olimpiku Malti.
  • Logħob iehor internazzjonali li jaqa’ taħt il-ġuristizzjoni tal-assoċjazzjonijiet / federazzjonijiet internazzjonali li l-assoċjazzjoni / għaqda nazzjonali tkun affiljata magħhom.
  • Kampjonati Nazzjonali.

 

Nominazzjonijiet :

In-nominazzjonijiet minn kull għaqda nazzjonali tal-isport affiljata mal-Kumitat Olimpiku Malti u / jew rikonoxxuta minn SportMalta jitressqu fit-terminu ta’ żmien stipulat mill-Kumitat Organizattiv ta’ SportMalta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali .

Il-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali jżomm id-dritt li jinnomina, jaċċetta u / jew jirrifjuta kull nominazzjoni oħra li fid-diskrezzjoni tiegħu jħoss li b’tali deciżzjoni il-firxa tan-nominazzjonijiet tkun l-aktar waħda ġusta u reali.

Jikkwalifikaw dawk l-atleti, uffiċjali, amministraturi, timijiet – skond il-kategoriji hawn fuq indikati li jkunu rrappreżentaw lil-Malta fl-isport rispettiv tagħhom matul dik is-sena partikolari.

Mal-Kategorija Sportiv tas-Sena u Sportiva tas-Sena hemm abbinat it-Trofew Għaqda Ġurnalisti Sports – xogħol l-artist Emvin Cremona. Dan it-Trofew jinżamm għal sena mir-rebbieħ/a u jrid ikun ritornat mill-GħĠS f’Jannar tas-sena ta’ wara.

Għall-kategorija Team tas-Sena jikkwalifikaw dawk it-timijiet magħmula minn żewġ persuni jew aktar inklużi ‘doubles’, timijiet tar-relay , timijiet ‘mixed’ u timijiet ‘masters’.

Għall-kategorija Żagħżugħ u Żagħżugħa tas-Sena jikkwalifikaw dawk l-atleti żgħażagħ illi fis-sena partikolari ta’ sport ikunu sal-eta’ ta’ 17-il sena u aktar iżda ma jkunux għalqu l-eta’ ta’ 18-il sena matul is-sena li fiha ikkompeta/ikkompetiet l-atleta.

Ma’ din il-Kategorija/i hemm abbinat it-Trofew John Debattista.

Għall-kategoriji 8 u 9 u għal kull kategorija oħra ulterjuri r-rikonoxximent lil min dovut ikun deciż mill-Kumitat Organizattiv ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali illi jżomm id-dritt li jitlob rakkomandazzjoni mill-għaqda nazzjonali rispettiva biex isaħħaħ l-għażla .

Fiċ-ċirkostanza li jirriżulta li xi nominazzjoni fil-perjodu tal-proċess ta’ għażla tkun qed iġġorr magħha xi deciżjoni ta’ dixxiplina, azzjoni fil-Qrati tal-Ġustizzja lokali u/jew internazzjoanli, każ ta’ doping u kull każ ieħor li jmur kontra l-etika tal-isport, tali nominazzjoni tkun awtomatikament miċħuda u eliminata .

Dawk kollha li jaslu sas-semifinali (l-aħħar 10 ta’ kull kategoeija) jkunu intitolati għal Ċertifikat ta’ Partecipazzjoni maħruġ mill-Kumitat Organizattiv.

Regolamenti aġġornati llum 11 ta’ Diċembru 2018