Wara li fid-19 ta’ Dicembru 1970 saret l-inawgurazzjoni ufficjali tal-Ghaqda Kittieba Sports bl-ewwel Kumitat Ezekuttiv ikun maghmul minn Fr.Hilary Tagliaferro (President), Lewis Portelli (vici-President), Joe Cutajar (Segretarju Generali), Mario Meli (Assistant Segretarju Generali) , Antonio Castagna (Tezorier) u Tommy Farrell (Membru) beda’ x-xoghol biex l-Ghaqda Kittieba Sports l-istess bhalma jsir fi hdan l-ghaqdiet tal-gurnalisti affiljati mal-Association Internationale de la Presse Sportiv tibda hi wkoll torganizza l-Ghazliet Sportivi Nazzjonali ta’ pajjizna. Ftit gimghat wara gie pprezentat ufficjalment it-trofew artistiku tal-Isportiv tas-Sena xoghol tal-artist Malti Kav.Emvin Cremona. Waqt serata ta’ votazzjoni mxandra fuq l-istazzjon tal-istat MTV fit-8 ta’Jannar 1971 l-gurnalisti membri ghazlu bhala l-ewwel rebbieh ta’ dan it-trofew lil John Ripard (Royal Malta Yacht Club) .
Kritici tal-arti jqisu dan it-trofew bhala xoghol mill-aktar artistiku ta’ Cremona fejn b’mod allegoriku huwa holoq kemm l-atleta b’sidru ‘l quddiem ghas-success, il-qlugh ghal kontra l-maltemp kif wkoll il-pinna li tissimbolizza l-gurnalist u s’intendi l-ballun li minbarra li kapaci jghaqqad huwa wkoll rabta ma bosta dixxiplini sportivi.Dan it-trofew ‘Sportiv tas-Sena’ kien inhdem fl-1971 fil-fonderija tad-Ditta Cutajar, Hamrun.
Madankollu sal-1971 dawn l-Ghazliet kienu diga’ qed ikunu organizzati mill-gurnalist BENNY PACE illi fl-1960 permezz tal-gurnal tieghu The Sporting Star kien welled u hareg b’din l-idea unika ghal pajjizna li baqghet tkun zviluppata u li bir-ragun hija meqjusa mill-atleti u ufficjali bhala il-qofol fil-karriera ta’ kull wiehed u wahda minnhom. L-ewwel rebbieh tal-iSportivi Tas-Sena kien Wilfred Pirotta , champion Malti tas-sajd taht wicc il-bahar illi apparti successi internazzjonali l-aktar fil-Kampjonati tad-dinja fl-1959 fejn kien spicca fid-9 posizzjoni, baqa’ sininimu ma’ dan l-isport f’pajjizna. Benny Pace kompla jizvilippa L-Isportivi tas-Sena bl-ewwel rebbieha bhala Sportiva tas-Sena tkun Joan Galea Naudi fl-1964 .
Wara li l-Ghaqda Kittieba Sports organizzat l-edizzjonijiet 1970, 1971 u 1972 ta’ dawn l-Ghazliet u fl-istess waqt Benny Pace baqa’ jorganizza l-ghazliet tieghu intlahaq ftehim u mill-edizzjoni 1973 beda’ jkun hemm ghazla u rebbieh wiehed. Fl-ahhar edizzjoni organizzata minn Benny Pace u Sport Publications inghata bidu ghal kategorija tal-Ufficjal tas-Sena bl-ewwel rebbieh ikun Bertie Muscat.
Mill-1980 Kumitat Organizattiv li kien ikun maghmul minn tlett membri tal-Gh.K.S, tlett membri tal-Kumitat Olimpiku Malti u chairman newtrali bdew jiehdu hsieb l-organizazzjoni bl-Ghaqda Kittieba Sports tibqa’ l-qofol tal-organizazzjoni.
Mis-sena 2000 bi ftehim mal-Kumitat Olimpiku Malti l-Ghazliet Sportivi Nazzjonali bdew mill-gdid ikunu organizzati mill-Ghaqda Kittieba Sports wahidha. L-Edizzjonijiet 2009 u 2010 gew organizzati flimkien mal-Kunsill Malti ghall-Isport illi mill-2002 dejjem kien ta l-appogg u ghajununa finanzjarja biex dawn l-Ghazliet setghu jibqghu jkunu organizzati.
L-Edizzjonijiet 2009 u 2010 kienu maghrufa bhala Sport Malta Awards – Ghazliet Sportivi Nazzjonali.
Mill-1997 wara l-mewt tal-ufficjal tal-Gh.K.S, JOHN DEBATTISTA li mill-1979 kien dejjem bhala Tezorier fil-Kumitat Organizattiv, inhasset il-htiega li tinbet kompetizzjoni gdida. Dik rizervata ghall-ahjar Atleta Zghazugh. Ir-rebbieha kollha huma :
1998 Dermot Galea Triathlon
1999 Steve Pace Basketball
2000 Peter Valentino Ibburdjar
2001 Roberta Callus Ghawm
2002 Matthew Fleri Soler Ibburdjar
2003 Benji Borg Ibburdjar
2004 Benji Borg Ibburdjar
2005 Matthew Asciak Tennis
2006 Matthew Asciak Tennis
2007 Francesca Xuereb Atletika
2008 Ryan Bugeja Sparar
2009 Clive Farrugia Sparar
Mill-Edizzjoni tal-2004 l-Ghaqda Kittieba Sports bdiet tippremja wkoll lil dak il-gurnalist veteran illi matul il-karriera ghen mhux biss ghall-izvilupp tal-gurnalizmu sportiv izda wkoll kien ta’ kontribut fl-izvilupp tal-isport Malti. Ir-rebbieha kollha huma:
2004 Charles Fava
2005 Lewis Portelli
2006 Benny Pace
2007 Mario Meli
2008 Henry Calleja
2009 Simon Bonello
L-Ghaqda Kittieba Sports mill-edizzjoni 2003 bdiet tghati wkoll rikonoxximent lil dik l-assocjazzjoni nazzjonali illi matul dik is-sena partikolari tkun organizzat attivita’ fuq livell internazzjonali f’pajjizna . Ir-rebbieha fl-edizzjonijiet kollha kienu :
2003 : K.O.M : 10 Edizzjoni tal-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar
2004 : Loghob tal-F.I.S.E.C.
2005 : M.Y.F : Rolex Middle Sea Race
2006 : Triathlon International Championships
2007 : M.A.A.A : European Calendar Conference
2008 : FIBA Conference organizzata mill-Malta Basketball Association
2009 : M.J.F : Kampjonat tad-Dinja Kata
Wara l-Laqgha Generali Annwali ta-Ghaqda Kittieba Sports li saret fl-1 ta’ Dicembru 2009, kien gie deciz illi mill-1 ta’ Frar 2010 jinbidel l-isem tal-Gh.K.S u jsir Ghaqda Gurnalisti Sports .
Why is there no record or archive on your website for all sportivi tas-sena from previous years please? I was twice Sportiva tas-sena (Windsurfing) in the 80’s and Peter Bonello was also sportsman of the year and officials were also winners. Likewise other sports (judo, archery, snooker) were winners. It is such a shame that sports persons who put Malta on the international map are not recognised and no longer asked to participate or present trophies to new achievers today.
Something for you to think about
Francesca Vincenti