Għada s-Sibt f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta ssir is-serata finali tat-58 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali, organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports u SportMalta.

Matul din is-serata se jiġu ppremjati il-kisbiet sportivi tal-2017 fejn ġurija rappreżentattiva tal-media sportiva Maltija se tkun qed tivvota għall-finalisti f’seba’ kategoriji differenti.

Il-finalisti fil-kategorija Żagħżugħa tas-Sena huma Francesca Curmi (Tennis), Francesca Falzon Young (Għawm), Shelby Mangion Vassallo (Weightlifting), Helene Pellicano (Tennis) u  Sara Xuereb (Ten Pin Bowling).

L-aħħar ħamsa fil-kategorija Żagħżugħ tas-Sena huma  Jurgen Balzan (Table Football), Jacob Sciberras (Għawm), Kijan Sultana (Squash), Thomas G Woods Jr. (Triathlon) u Edward Xuereb (Ten Pin Bowling).

It-Tim tas-Sena irid jintgħażel mit-Tim Nazzjonali Nisa ‘A’ 4 x 100m (Atletika), Tim Nazzjonali Nisa ‘A’ (Basketball), Giordmaina Racing Team (Muturi Drag Racing), Tim Nazzjonali Mixed ‘A’ (Ten Pin Bowling) u San Ġiljan ASC (Waterpolo).

Il-ħames finalisti fil-kategorija Kowċ tas-Sena huma Angela Adamoli (Basketball), Jimmy Bugeja (Sparar) Jesmond Giordmaina (Lotta), Noel Merceica (Kickboxing) u Damien Neil (Rugby).

Fil-kategorija Uffiċjal tas-Sena il-finalisti huma Joe Bajada (Ċikliżmu), Jesmond Caruana (Weightlifting), Saviour Portelli (Sparar), Paul Sultana (Basketball) u Bernard Vassallo (Basketball).

Il-ħames finalisti għall-unur Sportiva tas-Sena huma Sue Abela (Ten Pin Bowling), Rachel Cuschieri (Football), Christina Grima (Basketball), Charlotte Wingfield (Atletika) u Yazmin Zammit Stevens (Weightlifting).

Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, il-finalisti għall-unur Sportiv tas-Sena huma Noel Baldacchino (Tiġrijiet taż-Żwiemel), Gianluca Chetcuti (Sparar), Aaron Ciantar (Powerboats), Anton Cushieri (Pool), Duncan Micallef (Drag Racing) u Andre’ Schembri (Football).

Minbarra dawn l-unuri, fis-serata finali se jingħataw ukoll tlett rikonoxximenti speċjali – tnejn lil atleti bi bżonnijiet differenti u wieħed għall-avveniment internazzjonali tas-sena.

Award ieħor huwa l-People’s Choice Award fejn il-pubbliku inġenerali jista’ jivvota minn fuq il-website www.sportmalta.org.mt.  Il-finalisti f’din il-kategorija huma Matthew Abela (Badminton Malta), Joe Bajada (Malta Cycling Federation), Ella Borg (Malta Gymnastics Federation), Steven Fenech (Malta Wheelchair Dancesport Association) u Matthew Zammit (Aquatic Sports Association of Malta).

Is-serata se tiġi ppreżentata minn Clinton Buhagiar u Catherine Micallef, u se tkun trażmessa b’mod dirett fuq TVM2. Din ix-xandira tibda fit-8pm u se tinkludi intervisti fuq ir-red carpet.